Dawn huma twegibiet ta’ l-aktar mistoqsijiet li wiehed isaqsi fuq il- Fondazzjoni Eden.

X’inhi il Fondazzjoni Eden ?
Il-Fondazzjoni Eden hija organizzazzjoni li tahdem bla qliegh biex taghti edukazzjoni u terapija lil persuni b’xi forma ta’dizabilita mentali, bil-ghan li twassalhom biex igawdu min edukazzjoni fi skejjel regolari, isibu x-xoghol siewi, jintegraw ruhhom fis-socjeta u jiksbu indipendenza.

X’inhi in-nefqa kapitali tal-Fondazzjoni Eden?
In-nefqa kapitali tal-Fondazzoni Eden tlahhaq ghal madwar LM800.000 fis-sena jew 1.9 m euros.

Kemm jahdmu nies mal-Fondazzjoni Eden ?
Il Fondazzjoni Eden thaddem 150 ruh bhala “Psychologists”, “Speech and Language Pathologists”, “Physiotherapits”, “Occupational therapists”, Ghalliema, “Facilitators”, kif ukoll diversi haddiema ohra.

Il-genituri jhallsu biex jiehdu is-servizz ghal uliedhom?
Il-genituri jhallsu 10% tal-ispiza tal-program. Ghal dawk li assolutament ma jaffordjawx, insibulhom mezzi ohra biex ikopru l-ispejjez.

Allura il-Fondazzjoni kif tlahhaq mal-ispejjez taghha?
L-ispiza tal-Fondazzjoni Eden tigi kopruta hekk: 40% tal-ispejjez jigu minn ssusidju tal-gvern; 10% jigu minn ghand il-genituri u il-50% li jibqghu jridu jigu minn donazzjonijiet u minn attivitajiet ta’ “fund-raising”.